Dr Lawrence Gonzi with Peter Darmanin

Peter Darmanin with Dr. Lawrence Gonzi, Prime Minister of Malta.

Posted in Photos | 1 Comment

Id-dell iswed li jgorr KMB

Il-Mument, Il-Hadd, 18 ta’ Novembru, 1990

Minn Peter Darmanin

Id-dell iswed li jgorr KMB

Wahda mill-kwalitajiet sbieh li zgur ghad jibqa’ msemmi ghaliha l-Perit Mintoff hi l-kapacita` kbira tieghu li jghid il-hrejjef. Min hu delittant bhali tad-diskorsi tal-mexxejja politici taghna malajr jinduna x’sengha kbira kellu u ghad ghandu Mintoff fl-arti tal-hrejjef.

Ta’ spiss fid-diskors tieghu kien isemmi xi hrafa jew tnejn aktar biex ighallem lill-poplu li jkollu quddiemu. Bhalissa tigini quddiem ghajnejjna l-hrafa taz-Zring u l- Iljunfant. Hrafa li Mintoff  kien qalha fil-Mass Meeting tal-Blata l-Bajda (ara l-Helsienta’ l-1 ta’ Mejju 1961).

Karmenu Mifsud Bonnici, il-Mexxej maghzul mill-Perit Mintoff biex ikun is-successur tieghu, ma tantx hareg jixbhu fl-arti tal-hrejjef. Fid-diskorsi  spissi tieghu, specjalment dawk li jaghmel waqt il-coffee mornings ma tantx ikun preparat. U min ma jkunx ippreparat jghid il-hmerijiet. Dan mhux jien biss qed nghidu izda naf hafna Laburisti genwini li jghiduli li huma wkoll ma jnizzlux il-hmerijiet tieghu.

Il-hmerijiet, ighidhom min ighidhom itellfuh il-kredibbilita`. U min jitlef il-kredibbilta`, hadd ma jaghti kas ta’ kliemu. Meta minn fuq ix-xandir nisma’ lil dak li jkun qed jaqra l-ahbarijiet ighid:

“Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-Mexxej tal-Moviment tal-Haddiema, Karmenu Mifsud Bonnici qal il-bierah waqt attivita’ socjali li…”, dritt f’qalbi nghid : “gejja xi hmerija ohra” u disgha u disghin fil mija naqtaghha. M’hix kapacita` tieghi tafux!

Jekk nibqa’ sejjer hekk, nista’ nigi akkuzat li qieghed nikteb fl-ajru. Ghalhekk ha ninzel fil-prattika. Diga ghidt li KMB ma jkunx preparat. Naghtikom ezempju.

Nhar il-Hadd li ghadda, fil-ghodu, KMB ha sehem f’laqgha ohra ta’ taghrif u diskussjoni li saret fl-Orpheum, il-Gzira. F’kelma ohra, ha sehem fi djalogu, izda billi d-djalogu ilu jaghmlu s-snin il-Partit Nazzjonalista, is-Socjalisti ma jsejhulhomx djalogi izda  “laqghat ta’ taghrif u diskussjoni”. Biex ma jidhrux li qed jikkupjaw.

Fl-Orpheum, KMB qal li “id-dejn li qed jaghmel il-Gvern Nazzjonalista tort tal politika hazina li qed jimxi biha qed ilahhaq mal-Lm150,000 kuljum”, u kompla, “li sa tmiem is-sena d-diehla d-dejn tal-Gvern mistenni jlahhaq il-Lm190 miljun u dan minbarra self ta’ miljuni ta’ liri ohra li se jsir direttament mill-Banek”

Prova

Dwar din il-bicca tad-dejn, KMB qed ihawwad hafna. Tfixkel wahda nobis. Thawwad fin-numri. Ha naghtikom il-prova. Skond  l-orizzont ta’ nhar it-Tnejn li ghadda fl-ewwel faccata, gie rappurtat li KMB, “Zied isemmi li fl-ewwel sena tat- tmexxija tieghu l-Gvern Nazzjonalista ssellef Lm40 miljun, fil-waqt li fl-1987 issellef Lm16-il miljun u issa se jerga’ jissellef Lm34 miljun ohra”.

Mela minn kliem KMB, il Gvern Nazzjonalista fl-1987 u fl-1988, b’kollox issellef Lm56 miljun. (Lm40 u Lm16). Dan fi zmien 18-il xahar fil Gvern. Izda KMB tant jitfixkel li jinsa xi jkun qal drabi ohra

Niftakar tajjeb li KMB waqt li kien qed jitkellem f’eghluq il-Konferenza General ital-Partit li kienet saret fit-Teatru Rialto f’Bormla nhar il-Hamis, 24 ta’ Novembru,1988 kien tkellem dwar id-djun. F’ l-orizzont tal-ghada l-Gimgha, f’pagna 13 inkiteb hekk: “Huwa (KMB) qal li f’16-il sena il-Gvern Laburista qatt ma ssellef lira wahda minghand il-poplu Malti. Mhux hekk jista’ jinghad ghal dan il-Gvern, ghax f’16-il xahar, il Gvern diga ssellef b’Lm70 miljun”.

Qed taraw kemm ihawwad KMB ghax ma jkunx preparat. F’Novembru ta’ l-1988 qal li l-Gvern prezenti kien diga ssellef  b’Lm70 miljun. Nhar il-Hadd nesa x’kien qal f’Novembru 1988 u c-cifra nizzilha ghal Lm56 miljun!

Imbaghad nhar il-Hadd fil-Gzira qal lis-segwaci  fidili tieghu: “Dan id-dejn kollu, il-Gvern qed jaghmlu billi qed jinganna lill-poplu“. Min irid isemmi l-ingann hux? Nhar il-Hadd wasal biex qalilhom li: “wara sittax-il sena ta’ tmexxija Laburista d-dejn tal-pajjiz lanqas biss kien zdied b’miljun lira”.

B’min irid ighaddi z-zmien KMB? Hawn xi iblah li se jemmen hmerija bhal din? Jista, Lino Spiteri jghid pubblikament jekk KMB hux korrett jew le? Il-poplu jistenna twegiba.

Faqaghlu l-buzzieqa.

Nhar il-Hadd, il Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista f’diskors li ghamel fil-Kazin Nazzjonalista ta’ Birkirkara ghamel dan il-kumment li bih faqa’ l-buzzieqa ta’ KMB dwar is-self. Eddie Fenech Adami qal li:

“Is-self hu mezz ta’ kif Gvern jakkwista l-flus biex iwettaq il-programm li jrid jitwettaq ghall-pajjiz. Kull pajjiz jissellef f’ammonti kbar ta’ flus biex ikun jista’ jibni jew ikattar il-gid u l-izviluppi”.

Il-Prim Ministru semma r-rata ta’ self ta’ diversi pajjizi fosthom dik ta’ Singapore li sa l-1989 ammonta ghal 92 fil-mija tal-Prodott Gross Nazzjonali. KMB imissu jaf li sas-sena li ghaddiet ir-rata ta’ self ta’ Malta kienet ta’ 16 fil-mija tal-Prodott Gross Nazzjonali.

KMB jaf ukoll li l-Gvern prezenti kellu minghajr ma jrid jonfoq il-miljuni f’investimenti biex jirranga sistemi antikwati, li halla l-Gvern Socjalista. Dan qed jaghmlu ghax Gvern responsabbli. Nixtieq li l-ewwel coffee morning li jkollu KMB bl-onesta` kollha jghid kemm sab ma wiccu dejn il-Gvern prezenti. Jekk ic-cifra tad-dejn kenitx kwazi Lm90 miljun. Ighid bl-onesta` kollha jekk hux minnu li l-Gvern presenti wiret 50 miljun lira dejn fuq it-Tarzna? Ighid bl-onesta` kollha kemm kien it-telf fuq il-Kumpaniji Parastatali kollha.

Jekk m’hux se jghidu KMB, jasal iz-zmien li nghiduh ahna biex il-poplu jara b’ghajnejh u jmiss b’idejh in-nuqqas ta’ kredibbilta` ta’ KMB u shabu s-Socjalisti.

Jekk hawn xi hadd li m’ghandux dritt jattakka ‘l-Gvern prezenti dwar id-dejn hu propju KMB. Bid-dokumenti f’idejna nghidu li KMB bhala Prim MInistru kien baghat lil Dennis Sammut, Deputat Socjalista biex jipprova jaghmel hiltu kollha halli jissellef mhux 5 miljuni, lanqas 50 miljun izda 500 miljun. Cifra sabiha hux!

Din l-istorja ta’ 500 miljun se tibqa tigri wara KMB u ma jistax jahrab minnha kif ma jistax jehles minn dellu.

Trid terga’ tghix taht is-Socjalisti ?

Posted in Imhatra li diga nsejt? | 2 Comments

L-Gharusa taz-Zejtun

Il-Mument, Il-Hadd, 11 ta’ Gunju, 1989

L-Gharusa taz-Zejtun

Minn Peter Darmanin

Mhux kulhadd jaf bil-leggenda ta’ l-Gharusa tal-Mosta, izda zgur li kulhadd sema’ bl-istorja vera ta’ l-gharusa taz-Zejtun. Illum irrid nirrakkontalkom xi ftit minn din l-istorja.  Storja ta’ ghajb, tal-misthija. Storja li ghalkemm suppost kellha tkun storja ta’ ferh u mhabba, spiccat fi tragedja shiha. Storja ohra mdemma.  Storja ohra ta’ vjolenza Socjalista.  Storja li grat fir-Rahal taz-Zejtun.

Nhar il-Gimgha, 2 ta’ Gunju, 1989 kellu jsir tieg semplici fir-Rahal taz-Zejtun. Xebba miz-Zejtun kienet se tinghaqad fis-Sagrament ta’ l-imhabba ma’ guvni li joqghod Gwardmanga.  Ghal dan it-tieg kienu mistednin hafna hbieb taz-zewg familji. Jiena u marti konna mistednin ukoll.

L-gharusa li tigi bint attivist kbir u qalbieni Nazzjonalista, flimkien ma’ l-gharus taghha ghazlu bhala xhieda lil Eddie Fenech Adami u lil Guido de Marco.  Iddecidew ukoll li jizzewgu fil-Parrocca taz-Zejtun.  Biex inkompli din l-istorja irrid nohodkom lura ghax-xahar ta’ Novembru, 1986. Ftit xhur qabel l-ahhar elezzjoni.

Meta tinkiteb l-istroja kollha ta’ l-gharusa taz-Zejtun, wiehed bilfors irid jibda l-istorja mill-famuza battalja li sehhet f’Tal Barrani, nhar il-Hadd, 30 ta’ Novembru, 1986.  Dak li gara dak inhar ghadu frisk f’mohh kulhadd.  Izda jiena llum irrid infakkarkom f’xi affarijiet li forsi diga’ ntesew.

Tal-Barrani

Propju dak inhar stess li sehhet il-battalja f’Tal-Barrani, il-Prim Ministru Socjalista ta’ dak iz-zmien, Karmenu Mifsud Bonnici kellem lis-supporters tieghu f’Mass Meeting f’Haz-Zebbug u qal dawn il-precizi kelmiet:

“Jien naf illi Malta hija tal-Maltin u ta’ ebda partit politiku, izda naf ukoll li z-Zejtun huwa taz-Zwieten.  U jekk jien rrid immur ghand xi hadd li ma jridnix, inkun iblah li nibqa’ ninsisti li naghmel hekk”. (ara l-orizzont tat-Tnejn, 1 ta’ Dicembru, 1986).  Kliem verament irresponsabbli.

F’dak l-istess meeting, Karmenu Mifsud Bonnici, ferhan se jtir, kien qallhom hekk:

“Jafu li se jitilfu u ghax jafu dan, iridu jaqilghu l-inkwiet.  Qalu li z-Zejtun se jmorru bid-dritt u bis-sahha u se jifqghu buzzieqa ohra Socjalista”.

U biex minghalih idahhak lin-nies li kellu quddiemu u biex speci “jifrah” lil dik ic-corma ta’ qattani, corma ta’ kriminali, kompla hekk:

“Il-buzzieqa nfaqghet f’wicchom. Fiz-Zejtun la rifsu bi dritt u lanqas bis-sahha”.

Kliem irresponsabbli ta’ politiku irresponsabbli.  Inkomplu bl-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun u nigu ghat-tieni parti ta’ l-istorja li din id-darba tohodna fil-Birgu.  Il-jum suppost li kien wiehed ta’ ferh kbir ghas-Socjalisti. Jum li huma laqqmuh “Jum il-Helsien”.

Fil-Birgu

Dak li gara f’Jum il-Helsien jafu kulhadd.  Waqt is-serata finali tal-kwizz “Jum il-Helsien” organizzat mill-Brigata Laburista, li saret fit-Teatru tal-Haddiema fil-Workers’ Memorial Building il-Belt, nhar il Hamis 6 ta’ April, 1989, Karmenu Mifsud Bonnici qal hekk:

“Jew il-Gvern jaghmel dmiru jew il-poplu kollu jarma ruhhu biex jiddefendi ruhhu”. Innutaw il-kliem “jarma ruhhu”.  Nistaqsi jien: Biex jarma ruhhu?  Bl-izbandoli?  Jew bl-armi?

Bir-raghwa f’halqu, Karmenu kompla hekk:

“Jekk il-Gvern ma jaghmilx dmiru billi jzarma lil dawn in-nies, ma jhallihomx ikomplu jistahbew wara l-maskra tahom u ma jiehdilhomx l-armi li bihom armahom, nghidlu li l-poplu ghandu dritt li jarma ruhhu biex ikun huwa li jzarma lil dawn in-nies”.

Kliem xewwiexi ta’ politikant irresponsabbli.  Sahansitra wasal biex xandar l-ismijiet ta’ xi whud mill-pulizija.  Fl-istess jum, jigifieri fis-6 ta’ April, 1989, politikant iehor irresponsabbli, Reno Calleja, spicca l-artiklu tieghu fl-orizzont “Id-Daqqa ta’ Rixa” b’dawn il-precizi kelmiet u ifmuhom sewwa:

“Iz-zmien meta se nkunu fil-Gvern mhux fil-boghod.  U lil dawk f’Ta’ Kandja naghmlu l-kontijiet maghhom”. Naghmilha ta’ l-iblah u nsaqsi: “Xi tfisser naghmlu l-kontijiet maghhom, Sur Calleja?”

Araw l-ironija tal-hajja.  Dak in-nhar stess, 6 ta’ April, 1989, irrizenjaw l-Avukati Toni Abela u Wenzu Mintoff minhabba l-hmieg u l-vjolenza fil-Partit Socjalista.  Jiena cert li wara din l-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun, iz-zmien li s-Socjalisti jkunu fil-Gvern tant tbieghed li l-anqas Reno Calleja ma jarah!!

Fiz-Zejtun

Wasal jum it-tieg.  Min jaf kemm kienu ilhom jppreparaw ghalih Rose u Jesmond.  Min jaf kemm holmu fuq dak il-jum ghaziz.  Min kellu jghidilhom x’kien se jigri dak inhar.  Min qatt holom li f’din id-daqsxejn ta’ gzira ghad hawn min ghandu tant hdura u lanzit f’qalbu ghall-haddiehor?

Wasal jum it-tieg.  Fil-harga ta’ l-orizzont ta’ jum it-tieg stess, il-Gimgha 2 ta’ Gunju 1989, deher artikolu zghir f’pagna 4.  Artiklu zghir izda bi skop kbir:

“Mijiet ta’ Pulizija, fosthom il-membri ta’ l-Ispecial Assignment Group – S.A.G., gew ordnati biex ghada, l-Gimgha, fil-5.30 p.m., jidhlu xoghol halli jmorru z-Zejtun.  Ghada filghaxija, fil-Knisja Parrokkjali taz-Zejtun se jsir tieg.  F’dan m’hemm xejn specjali, hlief li bhala xhieda ta’ l-gharajjes se jkun hemm il-Prim Ministru, l-Avukat Eddie Fenech Adami u l-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Intern u Guztizzja, Guido de Marco”.L-orizzont kompla hekk:

“Flimkien mal-membri ta’ l-S.A.G. li ghandhom ikunu armati sa sniehom …”

Habib, int li qed taqra dan l-artiklu, taf taqra bejn il-linji?  “Between the lines”, kif jghidu l-Inglizi?  Ghalfejn tahseb li gab dik l-ahbar l-orizzont?  Biex iz-Zwieten imorru jilqughhom bil-fjuri?  X’tahseb int jghodd, u mhux x’nahseb jien.

L-istorja tkompli

L-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun ghada ma spiccatx.  Inkomplu nhar il-Hadd li gej.  Izda qabel ma nhallik irridek tieqaf ftit u matul il-jum ahseb ftit fuq dawn iz-zewg domandi.

1. Qatt hsibt x’gara minnek u minn Malta kieku regghu telghu fil-Gvern is-Socjalisti ta’ Karmenu Mifsud Bonnici?

2. Tista’ timmagina x’se jsir minnek u minn Malta kieku kellhom jergghu s-Socjalisti jiehdu l-Gvern f’idejhom?  Aseb ftit fil-kontijiet li semma Reno Calleja.

TRID TERGA’ TGHIX THAT IS-SOCJALISTI?

Enhanced by Zemanta
Posted in Imhatra li diga nsejt? | 2 Comments

KLIKKA TA’ SHARKS

Il-Mument, Il-Hadd, 22 ta’ Jannar, 1989

Minn Peter Darmanin

KLIKKA TA’ SHARKS

FL-ELEZZJONI Generali ta’ l-1981, il-Partit Nazzjonalista gab l-akbar ghadd ta’ voti u bir-ragun kollu sar l-akbar Partit politiku li qatt rat Malta. Min dak iz-zmien ‘il hawn kompla kabbar il-maggoranza u fl-ahhar elezzjoni, dik ta’ ghoxrin xahar ilu, bid-dritt kollu ha l-Gvern f’isejh.

Il-lum li ninsabu fil-Gvern, il-Partit ma jistax ihares lura u jistrieh biss bil-kobor u l-organizzazzjoni tal-Partit. Ghadu kmieni wisq biex wiehed jinsa l-organizzazzjoni kbira u stupenda tal-partit specjalment meta konna fl-Oppozizzjoni.

Hemm bzonn kbir li kull tant zmien, il-Partit, b’sens kbir ta’ kuragg u responsabbilta’ jieqaf ftit u jdur dawra mieghu nnifsu biex jara kif inhu sejjer, fejn hu sejjer u fejn irid jasal. Irid ukoll b’determinazzjoni kbira li jbiddel fejn hemm bzonn li jbiddel, u jsahhah dak li hemm bzonn jissahhah.

KUNSILL GENERALI

Dak iz-zmien wasal. Qieghed maghna.

Nhar il-Hamis li gej jiltaqa’ l-Kunsill Generali tal-Partit biex ghal erbat ijiem shah jaghmel dan l-ezercizzju mehtieg kif jitlob minnu l-istatut tal-Partit. Minn nhar il-Hamis li gej il-Kunsillieri kollha tal-Partit jingabru fid-Dar Centrali biex flimkien mal-mexxejja tal-Partit b’mod l-aktar miftuh u matur jiddiskutu r-Rapport Amministrativv maghmul mis-Segretarju Generali.

Kull partit politiku ghandu l-istorja tieghu. Kienu hafna dawk il-partiti politici li bdew u ma komplewx. Imhatra li diga’ nsejt li darba f’Malta kien  hawn partit tal-haddiema?

Dak il-Partit spicca u nbidel f’wiehed Mintoffjan. Dan il-partit Mintoffjan il-lum isejhulu Socjalista.

Dan il-Partit Socjalista l-lum jinsab jokkupa l-postijiet ta’ l-Oppozizzjoni ghax hekk jixraqlu u jekk trid int, int li qed taqra dan l-artiklu, postu jibqa’ fl-Oppozizzjoni!

Il-lum lejlet il-Kunsill Generali tal-Partit taghna, irrid naqsam maghkom xi riflessjonijiet u hsiebijiet li damu zmien twil jhewdnu f’mohh Horace Caruana partitarju Socjalista sakemm gieh il-kuragg u pubblikahom fil-magzine “Il-Hsieb.”

Dan il-magazine li johrog kull xahar ghandu bhala editur lil Dr. Alex Sceberras Trigona, ex Ministru Socjalista. Ta’ min ighid ukoll li dan il-magazine jigi stampat fil-Marsa Press li safejn naf jien hija l-istamperija tal-Partit Socjalista

OQBRA BLA HAJJA

Dawn il hsiebijiet ta’ Horace Caruana kienu dehru fil-harga ta’ Frar, 1988. Se nsemmi xi whud minnhom biex il-partit taghna jitghallem ghas-spejjez ta’ haddiehor. Caruana kiteb hekk:

“Gara li flok zammejna dik l-organizzazzjoni tal-partit li kellna fis-snin sittin, flok komplejna nizvilluppawha u naggornawha mat-tibdil u mal-htigiet taz-zmienijiet din kwazi sfumat fix-xejn, b’rizultat li kellna ezekuttiv ta’ l-isem….. u  kellna kazini tal-Partit li … saru oqbra bla hajja bla poter, bla direzzjoni, mahkumin minn klikkek b’interessi partikulari u personali.”

Kliem verament iebes.Caruana kompla jikteb iebes u qal

“U appuntu barra l-information centre, ghandna bzonn malajr malajr Public Relations Section professjonali li tkun taf twassal b’heffa l-messagg tal-partit lill-poplu. Mhux se tkun haga facli ghax jirrapprezentawna fil-Parlament tellajna nies li ghall-opinjoni pubblika saru  jfisru xi haga negattiva, xi haga sewda, xi haga prepotenti u din it-tebgha qed iccappas u tgharraq l-image tal-partit, l-image ta’ kull wiehed minna li ma nahtu xejn.”

L-artiklu ta’ Caruana kien iebes hafna. Semma sahansitra xi sharks. Tiftakarhom ix-xharks? Araw x’kiteb Caruana:

“U f’idejn min hallejniehom in-nies taghna?” staqsa Caruana. “Hallejnihom f’idejn is-sinjuri Ministri taghna, f’idejn klikka ta’ sharks u ta’ ‘opportunisti taghhom…’”

Caruana kompla hekk” “F’idejn dawn il-bravi kienu l-partitarji  taghna hbieb, f’idejn dawn il-bravi gie fdat l-isem tal-partit, l-image tal-partit, l-isem u l-image ta’ kull Laburist, ta’ kull wiehed minna!”

JISTA JIGRI LILNA

Dawn il-hsiebijiet ta’ Horace Caruana semmmejthom biex wiehed jitghallem ghas-spejjez ta’ haddiehor. Dak li gara lil  haddiehor jista’ jigri lilna wkoll ghax kull organizzazzjoni hija fragli taht il-kappa tax-xemx.

Nhar il-Hamis jibda l-Kunsill Generali. Kull kunsillier ghandu jhoss ir-responsabbilta` li mhux biss jattendi ghal-laqghat tal-Kunsill imma ghandu jhoss id-dmir li bl-akbar maturita` u sincerita` jaghti s-sehem tieghu biex dan il-partit li ilu jahdem ghal Malta ghal aktar minn 100 sena, ikompli jtejjeb il hidma tieghu favur pajjizna biex Malta taghna ma jergax imissha d-dizgrazzja li terga’ taqa’ f’idejn erba’ sharks Socjalisti.

Il-partit taghna l-lum jinsab f’idejk. Jekk inti forsi wiehed minn dawk li diga` hadt li ridt mill-Gvern u allura ma thosshiex din ir-responsabbilta`, allura bil-kuragg kollu nghidlek li inti ma tiswiex centezmu, int bniedem bla karattru, bla fibra, bla stoffa.

Jekk int wiehed minn dawk li ghax  forsi ghadek ma hadtx dak li trid mill-Gvern, allura tbieghed mill-Partit, allura lilek nghidlek li int mhux veru hdimt biex tehles lil pajjizna mill-hakma Socjalista, int hdimt ghalik.

‘PRIMA DONNA’

Irrid nispicca  dan l-artiklu b’xi ftit versi ohra li hargu mill-pinna ta’ Horace Caruana. Il-kumplament inhallih f’idejk:

“Irridu nibqghu nahdmu izda sabiex dan il-process ta’ rikostruzzjoni u ta’ risturizzazzjoni tal-partit isehh mill-aktar fis possibbli, halli meta terga’ tasal is-siegha tal-prova nkunu ppreparati bil-fatti, u mhux bil-bandiera u bl-innu u bil-patrijottizmu biss.

“B’Partit organizzat li jkun jaf min huma n-nies serji tieghu, li ma jippermettux izjed it-tfaqqis ta’ xi ‘prima donna’ fi hdana, bi strutturi interni  efficjenti, professjonali u demokratici b’tali mod li l-poter jibqa’ dejjem fi hdan il-partit aktar milli f’idejn ir-rapprezentanti tieghu… B’hekk biss il-Partit jista joffri lilu nnifsu bhala garanzija, bhala hajt ta’ kenn, bhala  punt b’riferiment kontinwu lill-partitarji kollha tieghu.”

Caruana kiteb qawwi hafna. Kellu ragun jikteb kif kiteb. Kien jonqsu biss izid sentenza ohra. Sentenza stupenda biex jispicca l-artiklu stupend tieghu.

Kien jonqsu biss  jaghlaq l-artiklu kif inhobb naghlaqhom jien. Trid terga’ tghix taht is-Socjalisti?

Caruana zgur li ma jridx !! Jibza’ mill-klikka tax-xharks.

TRID TERGA’ TGHIX TAHT IS-SOCJALISTI?

Posted in Imhatra li diga nsejt? | 1 Comment

The Beauty of Ta’ Pinu

The enchanting allure of the shrine of Ta’ Pinu, in Gozo, visited annually by thousands of pilgrims, has been captured in film and on paper.

Ta'Pinu Church in Gozo, Malta
Image via Wikipedia
Intérieur de l'église de ta'Pinu à Malte
Image via Wikipedia
Enhanced by Zemanta
Posted in Photos | 2 Comments

Tarxien Parish Church

Tarxien Parish Church is dedicated to the Annunciation. This year, (2010) the church marks its 400th anniversary celebrations. This is the same Church where on 6th. July, 1969, I said my First High Mass. It’s a very beautiful church.

I was born in Tarxien on 6th April, 1942, the worst month of the Second World War. Infact, I was born in a war shelter.

Posted in Photos | Leave a comment

Dr George Abela, President of Malta with Peter Darmanin

His Excellency the President of Malta, Dr George Abela with PN Treasurer Peter Darmanin. Photo taken on 1st January, 2010.

Posted in Photos | 1 Comment

Our new home

Our new apartment in Sliema is marked with a red arrow. Can’t wait to move in… God’s willing

Posted in Photos | Leave a comment

Peter Darmanin with Archbishop Paul Cremona

PN Treasurer Peter Darmanin with His Grace the Archbishop of Malta Mons. Paul Cremona at the Party Headquarters. Also in the picture is Dr Paul Borg Olivier, PN Secretary General.

Posted in Photos | Leave a comment

Peter Darmanin

PN Treasurer Peter Darmanin with Dr Paul Borg Olivier, Secretary General of The Nationalist Party.

Posted in Photos | Leave a comment