Il-Mument, Il-Hadd, 18 ta’ Novembru, 1990
Minn Peter Darmanin
Id-dell iswed li jgorr KMB
Wahda mill-kwalitajiet sbieh li zgur ghad jibqa’ msemmi ghaliha l-Perit Mintoff hi l-kapacita` kbira tieghu li jghid il-hrejjef. Min hu delittant bhali tad-diskorsi tal-mexxejja politici taghna malajr jinduna x’sengha kbira kellu u ghad ghandu Mintoff fl-arti tal-hrejjef.
Ta’ spiss fid-diskors tieghu kien isemmi xi hrafa jew tnejn aktar biex ighallem lill-poplu li jkollu quddiemu. Bhalissa tigini quddiem ghajnejjna l-hrafa taz-Zring u l- Iljunfant. Hrafa li Mintoff kien qalha fil-Mass Meeting tal-Blata l-Bajda (ara l-Helsienta’ l-1 ta’ Mejju 1961).
Karmenu Mifsud Bonnici, il-Mexxej maghzul mill-Perit Mintoff biex ikun is-successur tieghu, ma tantx hareg jixbhu fl-arti tal-hrejjef. Fid-diskorsi spissi tieghu, specjalment dawk li jaghmel waqt il-coffee mornings ma tantx ikun preparat. U min ma jkunx ippreparat jghid il-hmerijiet. Dan mhux jien biss qed nghidu izda naf hafna Laburisti genwini li jghiduli li huma wkoll ma jnizzlux il-hmerijiet tieghu.
Il-hmerijiet, ighidhom min ighidhom itellfuh il-kredibbilita`. U min jitlef il-kredibbilta`, hadd ma jaghti kas ta’ kliemu. Meta minn fuq ix-xandir nisma’ lil dak li jkun qed jaqra l-ahbarijiet ighid:
“Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u l-Mexxej tal-Moviment tal-Haddiema, Karmenu Mifsud Bonnici qal il-bierah waqt attivita’ socjali li…”, dritt f’qalbi nghid : “gejja xi hmerija ohra” u disgha u disghin fil mija naqtaghha. M’hix kapacita` tieghi tafux!
Jekk nibqa’ sejjer hekk, nista’ nigi akkuzat li qieghed nikteb fl-ajru. Ghalhekk ha ninzel fil-prattika. Diga ghidt li KMB ma jkunx preparat. Naghtikom ezempju.
Nhar il-Hadd li ghadda, fil-ghodu, KMB ha sehem f’laqgha ohra ta’ taghrif u diskussjoni li saret fl-Orpheum, il-Gzira. F’kelma ohra, ha sehem fi djalogu, izda billi d-djalogu ilu jaghmlu s-snin il-Partit Nazzjonalista, is-Socjalisti ma jsejhulhomx djalogi izda “laqghat ta’ taghrif u diskussjoni”. Biex ma jidhrux li qed jikkupjaw.
Fl-Orpheum, KMB qal li “id-dejn li qed jaghmel il-Gvern Nazzjonalista tort tal politika hazina li qed jimxi biha qed ilahhaq mal-Lm150,000 kuljum”, u kompla, “li sa tmiem is-sena d-diehla d-dejn tal-Gvern mistenni jlahhaq il-Lm190 miljun u dan minbarra self ta’ miljuni ta’ liri ohra li se jsir direttament mill-Banek”
Prova
Dwar din il-bicca tad-dejn, KMB qed ihawwad hafna. Tfixkel wahda nobis. Thawwad fin-numri. Ha naghtikom il-prova. Skond l-orizzont ta’ nhar it-Tnejn li ghadda fl-ewwel faccata, gie rappurtat li KMB, “Zied isemmi li fl-ewwel sena tat- tmexxija tieghu l-Gvern Nazzjonalista ssellef Lm40 miljun, fil-waqt li fl-1987 issellef Lm16-il miljun u issa se jerga’ jissellef Lm34 miljun ohra”.
Mela minn kliem KMB, il Gvern Nazzjonalista fl-1987 u fl-1988, b’kollox issellef Lm56 miljun. (Lm40 u Lm16). Dan fi zmien 18-il xahar fil Gvern. Izda KMB tant jitfixkel li jinsa xi jkun qal drabi ohra
Niftakar tajjeb li KMB waqt li kien qed jitkellem f’eghluq il-Konferenza General ital-Partit li kienet saret fit-Teatru Rialto f’Bormla nhar il-Hamis, 24 ta’ Novembru,1988 kien tkellem dwar id-djun. F’ l-orizzont tal-ghada l-Gimgha, f’pagna 13 inkiteb hekk: “Huwa (KMB) qal li f’16-il sena il-Gvern Laburista qatt ma ssellef lira wahda minghand il-poplu Malti. Mhux hekk jista’ jinghad ghal dan il-Gvern, ghax f’16-il xahar, il Gvern diga ssellef b’Lm70 miljun”.
Qed taraw kemm ihawwad KMB ghax ma jkunx preparat. F’Novembru ta’ l-1988 qal li l-Gvern prezenti kien diga ssellef b’Lm70 miljun. Nhar il-Hadd nesa x’kien qal f’Novembru 1988 u c-cifra nizzilha ghal Lm56 miljun!
Imbaghad nhar il-Hadd fil-Gzira qal lis-segwaci fidili tieghu: “Dan id-dejn kollu, il-Gvern qed jaghmlu billi qed jinganna lill-poplu“. Min irid isemmi l-ingann hux? Nhar il-Hadd wasal biex qalilhom li: “wara sittax-il sena ta’ tmexxija Laburista d-dejn tal-pajjiz lanqas biss kien zdied b’miljun lira”.
B’min irid ighaddi z-zmien KMB? Hawn xi iblah li se jemmen hmerija bhal din? Jista, Lino Spiteri jghid pubblikament jekk KMB hux korrett jew le? Il-poplu jistenna twegiba.
Nhar il-Hadd, il Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista f’diskors li ghamel fil-Kazin Nazzjonalista ta’ Birkirkara ghamel dan il-kumment li bih faqa’ l-buzzieqa ta’ KMB dwar is-self. Eddie Fenech Adami qal li:
“Is-self hu mezz ta’ kif Gvern jakkwista l-flus biex iwettaq il-programm li jrid jitwettaq ghall-pajjiz. Kull pajjiz jissellef f’ammonti kbar ta’ flus biex ikun jista’ jibni jew ikattar il-gid u l-izviluppi”.
Il-Prim Ministru semma r-rata ta’ self ta’ diversi pajjizi fosthom dik ta’ Singapore li sa l-1989 ammonta ghal 92 fil-mija tal-Prodott Gross Nazzjonali. KMB imissu jaf li sas-sena li ghaddiet ir-rata ta’ self ta’ Malta kienet ta’ 16 fil-mija tal-Prodott Gross Nazzjonali.
KMB jaf ukoll li l-Gvern prezenti kellu minghajr ma jrid jonfoq il-miljuni f’investimenti biex jirranga sistemi antikwati, li halla l-Gvern Socjalista. Dan qed jaghmlu ghax Gvern responsabbli. Nixtieq li l-ewwel coffee morning li jkollu KMB bl-onesta` kollha jghid kemm sab ma wiccu dejn il-Gvern prezenti. Jekk ic-cifra tad-dejn kenitx kwazi Lm90 miljun. Ighid bl-onesta` kollha jekk hux minnu li l-Gvern presenti wiret 50 miljun lira dejn fuq it-Tarzna? Ighid bl-onesta` kollha kemm kien it-telf fuq il-Kumpaniji Parastatali kollha.
Jekk m’hux se jghidu KMB, jasal iz-zmien li nghiduh ahna biex il-poplu jara b’ghajnejh u jmiss b’idejh in-nuqqas ta’ kredibbilta` ta’ KMB u shabu s-Socjalisti.
Jekk hawn xi hadd li m’ghandux dritt jattakka ‘l-Gvern prezenti dwar id-dejn hu propju KMB. Bid-dokumenti f’idejna nghidu li KMB bhala Prim MInistru kien baghat lil Dennis Sammut, Deputat Socjalista biex jipprova jaghmel hiltu kollha halli jissellef mhux 5 miljuni, lanqas 50 miljun izda 500 miljun. Cifra sabiha hux!
Din l-istorja ta’ 500 miljun se tibqa tigri wara KMB u ma jistax jahrab minnha kif ma jistax jehles minn dellu.
Trid terga’ tghix taht is-Socjalisti ?

Pingback: Alexander
Pingback: Alexander7