Il-Mument, Il-Hadd, 22 ta’ Jannar, 1989
Minn Peter Darmanin
KLIKKA TA’ SHARKS
FL-ELEZZJONI Generali ta’ l-1981, il-Partit Nazzjonalista gab l-akbar ghadd ta’ voti u bir-ragun kollu sar l-akbar Partit politiku li qatt rat Malta. Min dak iz-zmien ‘il hawn kompla kabbar il-maggoranza u fl-ahhar elezzjoni, dik ta’ ghoxrin xahar ilu, bid-dritt kollu ha l-Gvern f’isejh.
Il-lum li ninsabu fil-Gvern, il-Partit ma jistax ihares lura u jistrieh biss bil-kobor u l-organizzazzjoni tal-Partit. Ghadu kmieni wisq biex wiehed jinsa l-organizzazzjoni kbira u stupenda tal-partit specjalment meta konna fl-Oppozizzjoni.
Hemm bzonn kbir li kull tant zmien, il-Partit, b’sens kbir ta’ kuragg u responsabbilta’ jieqaf ftit u jdur dawra mieghu nnifsu biex jara kif inhu sejjer, fejn hu sejjer u fejn irid jasal. Irid ukoll b’determinazzjoni kbira li jbiddel fejn hemm bzonn li jbiddel, u jsahhah dak li hemm bzonn jissahhah.
KUNSILL GENERALI
Dak iz-zmien wasal. Qieghed maghna.
Nhar il-Hamis li gej jiltaqa’ l-Kunsill Generali tal-Partit biex ghal erbat ijiem shah jaghmel dan l-ezercizzju mehtieg kif jitlob minnu l-istatut tal-Partit. Minn nhar il-Hamis li gej il-Kunsillieri kollha tal-Partit jingabru fid-Dar Centrali biex flimkien mal-mexxejja tal-Partit b’mod l-aktar miftuh u matur jiddiskutu r-Rapport Amministrativv maghmul mis-Segretarju Generali.
Kull partit politiku ghandu l-istorja tieghu. Kienu hafna dawk il-partiti politici li bdew u ma komplewx. Imhatra li diga’ nsejt li darba f’Malta kien hawn partit tal-haddiema?
Dak il-Partit spicca u nbidel f’wiehed Mintoffjan. Dan il-partit Mintoffjan il-lum isejhulu Socjalista.
Dan il-Partit Socjalista l-lum jinsab jokkupa l-postijiet ta’ l-Oppozizzjoni ghax hekk jixraqlu u jekk trid int, int li qed taqra dan l-artiklu, postu jibqa’ fl-Oppozizzjoni!
Il-lum lejlet il-Kunsill Generali tal-Partit taghna, irrid naqsam maghkom xi riflessjonijiet u hsiebijiet li damu zmien twil jhewdnu f’mohh Horace Caruana partitarju Socjalista sakemm gieh il-kuragg u pubblikahom fil-magzine “Il-Hsieb.”
Dan il-magazine li johrog kull xahar ghandu bhala editur lil Dr. Alex Sceberras Trigona, ex Ministru Socjalista. Ta’ min ighid ukoll li dan il-magazine jigi stampat fil-Marsa Press li safejn naf jien hija l-istamperija tal-Partit Socjalista
OQBRA BLA HAJJA
Dawn il hsiebijiet ta’ Horace Caruana kienu dehru fil-harga ta’ Frar, 1988. Se nsemmi xi whud minnhom biex il-partit taghna jitghallem ghas-spejjez ta’ haddiehor. Caruana kiteb hekk:
“Gara li flok zammejna dik l-organizzazzjoni tal-partit li kellna fis-snin sittin, flok komplejna nizvilluppawha u naggornawha mat-tibdil u mal-htigiet taz-zmienijiet din kwazi sfumat fix-xejn, b’rizultat li kellna ezekuttiv ta’ l-isem….. u kellna kazini tal-Partit li … saru oqbra bla hajja bla poter, bla direzzjoni, mahkumin minn klikkek b’interessi partikulari u personali.”
Kliem verament iebes.Caruana kompla jikteb iebes u qal
“U appuntu barra l-information centre, ghandna bzonn malajr malajr Public Relations Section professjonali li tkun taf twassal b’heffa l-messagg tal-partit lill-poplu. Mhux se tkun haga facli ghax jirrapprezentawna fil-Parlament tellajna nies li ghall-opinjoni pubblika saru jfisru xi haga negattiva, xi haga sewda, xi haga prepotenti u din it-tebgha qed iccappas u tgharraq l-image tal-partit, l-image ta’ kull wiehed minna li ma nahtu xejn.”
L-artiklu ta’ Caruana kien iebes hafna. Semma sahansitra xi sharks. Tiftakarhom ix-xharks? Araw x’kiteb Caruana:
“U f’idejn min hallejniehom in-nies taghna?” staqsa Caruana. “Hallejnihom f’idejn is-sinjuri Ministri taghna, f’idejn klikka ta’ sharks u ta’ ‘opportunisti taghhom…’”
Caruana kompla hekk” “F’idejn dawn il-bravi kienu l-partitarji taghna hbieb, f’idejn dawn il-bravi gie fdat l-isem tal-partit, l-image tal-partit, l-isem u l-image ta’ kull Laburist, ta’ kull wiehed minna!”
JISTA JIGRI LILNA
Dawn il-hsiebijiet ta’ Horace Caruana semmmejthom biex wiehed jitghallem ghas-spejjez ta’ haddiehor. Dak li gara lil haddiehor jista’ jigri lilna wkoll ghax kull organizzazzjoni hija fragli taht il-kappa tax-xemx.
Nhar il-Hamis jibda l-Kunsill Generali. Kull kunsillier ghandu jhoss ir-responsabbilta` li mhux biss jattendi ghal-laqghat tal-Kunsill imma ghandu jhoss id-dmir li bl-akbar maturita` u sincerita` jaghti s-sehem tieghu biex dan il-partit li ilu jahdem ghal Malta ghal aktar minn 100 sena, ikompli jtejjeb il hidma tieghu favur pajjizna biex Malta taghna ma jergax imissha d-dizgrazzja li terga’ taqa’ f’idejn erba’ sharks Socjalisti.
Il-partit taghna l-lum jinsab f’idejk. Jekk inti forsi wiehed minn dawk li diga` hadt li ridt mill-Gvern u allura ma thosshiex din ir-responsabbilta`, allura bil-kuragg kollu nghidlek li inti ma tiswiex centezmu, int bniedem bla karattru, bla fibra, bla stoffa.
Jekk int wiehed minn dawk li ghax forsi ghadek ma hadtx dak li trid mill-Gvern, allura tbieghed mill-Partit, allura lilek nghidlek li int mhux veru hdimt biex tehles lil pajjizna mill-hakma Socjalista, int hdimt ghalik.
‘PRIMA DONNA’
Irrid nispicca dan l-artiklu b’xi ftit versi ohra li hargu mill-pinna ta’ Horace Caruana. Il-kumplament inhallih f’idejk:
“Irridu nibqghu nahdmu izda sabiex dan il-process ta’ rikostruzzjoni u ta’ risturizzazzjoni tal-partit isehh mill-aktar fis possibbli, halli meta terga’ tasal is-siegha tal-prova nkunu ppreparati bil-fatti, u mhux bil-bandiera u bl-innu u bil-patrijottizmu biss.
“B’Partit organizzat li jkun jaf min huma n-nies serji tieghu, li ma jippermettux izjed it-tfaqqis ta’ xi ‘prima donna’ fi hdana, bi strutturi interni efficjenti, professjonali u demokratici b’tali mod li l-poter jibqa’ dejjem fi hdan il-partit aktar milli f’idejn ir-rapprezentanti tieghu… B’hekk biss il-Partit jista joffri lilu nnifsu bhala garanzija, bhala hajt ta’ kenn, bhala punt b’riferiment kontinwu lill-partitarji kollha tieghu.”
Caruana kiteb qawwi hafna. Kellu ragun jikteb kif kiteb. Kien jonqsu biss izid sentenza ohra. Sentenza stupenda biex jispicca l-artiklu stupend tieghu.
Kien jonqsu biss jaghlaq l-artiklu kif inhobb naghlaqhom jien. Trid terga’ tghix taht is-Socjalisti?
Caruana zgur li ma jridx !! Jibza’ mill-klikka tax-xharks.
TRID TERGA’ TGHIX TAHT IS-SOCJALISTI?
Pingback: Alexander4