Il-Mument, Il-Hadd, 11 ta’ Gunju, 1989
L-Gharusa taz-Zejtun
Minn Peter Darmanin
Mhux kulhadd jaf bil-leggenda ta’ l-Gharusa tal-Mosta, izda zgur li kulhadd sema’ bl-istorja vera ta’ l-gharusa taz-Zejtun. Illum irrid nirrakkontalkom xi ftit minn din l-istorja. Storja ta’ ghajb, tal-misthija. Storja li ghalkemm suppost kellha tkun storja ta’ ferh u mhabba, spiccat fi tragedja shiha. Storja ohra mdemma. Storja ohra ta’ vjolenza Socjalista. Storja li grat fir-Rahal taz-Zejtun.
Nhar il-Gimgha, 2 ta’ Gunju, 1989 kellu jsir tieg semplici fir-Rahal taz-Zejtun. Xebba miz-Zejtun kienet se tinghaqad fis-Sagrament ta’ l-imhabba ma’ guvni li joqghod Gwardmanga. Ghal dan it-tieg kienu mistednin hafna hbieb taz-zewg familji. Jiena u marti konna mistednin ukoll.

L-gharusa li tigi bint attivist kbir u qalbieni Nazzjonalista, flimkien ma’ l-gharus taghha ghazlu bhala xhieda lil Eddie Fenech Adami u lil Guido de Marco. Iddecidew ukoll li jizzewgu fil-Parrocca taz-Zejtun. Biex inkompli din l-istorja irrid nohodkom lura ghax-xahar ta’ Novembru, 1986. Ftit xhur qabel l-ahhar elezzjoni.
Meta tinkiteb l-istroja kollha ta’ l-gharusa taz-Zejtun, wiehed bilfors irid jibda l-istorja mill-famuza battalja li sehhet f’Tal Barrani, nhar il-Hadd, 30 ta’ Novembru, 1986. Dak li gara dak inhar ghadu frisk f’mohh kulhadd. Izda jiena llum irrid infakkarkom f’xi affarijiet li forsi diga’ ntesew.
Tal-Barrani
Propju dak inhar stess li sehhet il-battalja f’Tal-Barrani, il-Prim Ministru Socjalista ta’ dak iz-zmien, Karmenu Mifsud Bonnici kellem lis-supporters tieghu f’Mass Meeting f’Haz-Zebbug u qal dawn il-precizi kelmiet:
“Jien naf illi Malta hija tal-Maltin u ta’ ebda partit politiku, izda naf ukoll li z-Zejtun huwa taz-Zwieten. U jekk jien rrid immur ghand xi hadd li ma jridnix, inkun iblah li nibqa’ ninsisti li naghmel hekk”. (ara l-orizzont tat-Tnejn, 1 ta’ Dicembru, 1986). Kliem verament irresponsabbli.
F’dak l-istess meeting, Karmenu Mifsud Bonnici, ferhan se jtir, kien qallhom hekk:
“Jafu li se jitilfu u ghax jafu dan, iridu jaqilghu l-inkwiet. Qalu li z-Zejtun se jmorru bid-dritt u bis-sahha u se jifqghu buzzieqa ohra Socjalista”.
U biex minghalih idahhak lin-nies li kellu quddiemu u biex speci “jifrah” lil dik ic-corma ta’ qattani, corma ta’ kriminali, kompla hekk:
“Il-buzzieqa nfaqghet f’wicchom. Fiz-Zejtun la rifsu bi dritt u lanqas bis-sahha”.
Kliem irresponsabbli ta’ politiku irresponsabbli. Inkomplu bl-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun u nigu ghat-tieni parti ta’ l-istorja li din id-darba tohodna fil-Birgu. Il-jum suppost li kien wiehed ta’ ferh kbir ghas-Socjalisti. Jum li huma laqqmuh “Jum il-Helsien”.
Fil-Birgu
Dak li gara f’Jum il-Helsien jafu kulhadd. Waqt is-serata finali tal-kwizz “Jum il-Helsien” organizzat mill-Brigata Laburista, li saret fit-Teatru tal-Haddiema fil-Workers’ Memorial Building il-Belt, nhar il Hamis 6 ta’ April, 1989, Karmenu Mifsud Bonnici qal hekk:
“Jew il-Gvern jaghmel dmiru jew il-poplu kollu jarma ruhhu biex jiddefendi ruhhu”. Innutaw il-kliem “jarma ruhhu”. Nistaqsi jien: Biex jarma ruhhu? Bl-izbandoli? Jew bl-armi?
Bir-raghwa f’halqu, Karmenu kompla hekk:
“Jekk il-Gvern ma jaghmilx dmiru billi jzarma lil dawn in-nies, ma jhallihomx ikomplu jistahbew wara l-maskra tahom u ma jiehdilhomx l-armi li bihom armahom, nghidlu li l-poplu ghandu dritt li jarma ruhhu biex ikun huwa li jzarma lil dawn in-nies”.
Kliem xewwiexi ta’ politikant irresponsabbli. Sahansitra wasal biex xandar l-ismijiet ta’ xi whud mill-pulizija. Fl-istess jum, jigifieri fis-6 ta’ April, 1989, politikant iehor irresponsabbli, Reno Calleja, spicca l-artiklu tieghu fl-orizzont “Id-Daqqa ta’ Rixa” b’dawn il-precizi kelmiet u ifmuhom sewwa:
“Iz-zmien meta se nkunu fil-Gvern mhux fil-boghod. U lil dawk f’Ta’ Kandja naghmlu l-kontijiet maghhom”. Naghmilha ta’ l-iblah u nsaqsi: “Xi tfisser naghmlu l-kontijiet maghhom, Sur Calleja?”
Araw l-ironija tal-hajja. Dak in-nhar stess, 6 ta’ April, 1989, irrizenjaw l-Avukati Toni Abela u Wenzu Mintoff minhabba l-hmieg u l-vjolenza fil-Partit Socjalista. Jiena cert li wara din l-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun, iz-zmien li s-Socjalisti jkunu fil-Gvern tant tbieghed li l-anqas Reno Calleja ma jarah!!
Fiz-Zejtun
Wasal jum it-tieg. Min jaf kemm kienu ilhom jppreparaw ghalih Rose u Jesmond. Min jaf kemm holmu fuq dak il-jum ghaziz. Min kellu jghidilhom x’kien se jigri dak inhar. Min qatt holom li f’din id-daqsxejn ta’ gzira ghad hawn min ghandu tant hdura u lanzit f’qalbu ghall-haddiehor?
Wasal jum it-tieg. Fil-harga ta’ l-orizzont ta’ jum it-tieg stess, il-Gimgha 2 ta’ Gunju 1989, deher artikolu zghir f’pagna 4. Artiklu zghir izda bi skop kbir:
“Mijiet ta’ Pulizija, fosthom il-membri ta’ l-Ispecial Assignment Group – S.A.G., gew ordnati biex ghada, l-Gimgha, fil-5.30 p.m., jidhlu xoghol halli jmorru z-Zejtun. Ghada filghaxija, fil-Knisja Parrokkjali taz-Zejtun se jsir tieg. F’dan m’hemm xejn specjali, hlief li bhala xhieda ta’ l-gharajjes se jkun hemm il-Prim Ministru, l-Avukat Eddie Fenech Adami u l-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Intern u Guztizzja, Guido de Marco”.L-orizzont kompla hekk:
“Flimkien mal-membri ta’ l-S.A.G. li ghandhom ikunu armati sa sniehom …”
Habib, int li qed taqra dan l-artiklu, taf taqra bejn il-linji? “Between the lines”, kif jghidu l-Inglizi? Ghalfejn tahseb li gab dik l-ahbar l-orizzont? Biex iz-Zwieten imorru jilqughhom bil-fjuri? X’tahseb int jghodd, u mhux x’nahseb jien.
L-istorja tkompli
L-istorja ta’ l-gharusa taz-Zejtun ghada ma spiccatx. Inkomplu nhar il-Hadd li gej. Izda qabel ma nhallik irridek tieqaf ftit u matul il-jum ahseb ftit fuq dawn iz-zewg domandi.
1. Qatt hsibt x’gara minnek u minn Malta kieku regghu telghu fil-Gvern is-Socjalisti ta’ Karmenu Mifsud Bonnici?
2. Tista’ timmagina x’se jsir minnek u minn Malta kieku kellhom jergghu s-Socjalisti jiehdu l-Gvern f’idejhom? Aseb ftit fil-kontijiet li semma Reno Calleja.
TRID TERGA’ TGHIX THAT IS-SOCJALISTI?

Pingback: Alexander6
Pingback: Alexander7