Nibqa’ naf lil Peter Darmanin ghall-valuri tieghu – Il-Prim Ministru

In-Nazzjon, Il-Hamis, 3 ta’ Gunju, 2010

Nibqa’ naf lil Peter Darmanin ghall-valuri tieghu – Il-Prim Ministru

minn Charles Muscat

Peter Darmanin dahal fil-Partit Nazzjonalista biex iservi ghax il-politika hi strument li bih wiehed jista’ jaghmel il-gid lill-pajjiz. Jien nibqa’ naf lil Peter mhux biss ghall-flus li gabar ghall-Partit Nazzjonalista imma l-aktar ghall-valuri sodi tieghu li huma wkoll il-valuri tal-Partit. Peter Darmanin jibqa’ fil-qalba tal-PN.

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal dan waqt riceviment f’gieh Peter Darmanin, li temm il-kariga tieghu bhala Tezorier tal-Partit minhabba li rtira mill-hajja attiva fil-politika wara karriera ta’ 32 sena ta’ servizz lill-Partit Nazzjonalista.

Ir-riceviment sar fil-gonna tal-Barrakka ta’ Fuq u ghalih attendew ukoll l-eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami, Paul Borg Oliver, is-Segretarju generali tal-Partit, Joe Saliba l-eks Segretarju generali, ufficjali u attivisti tal-Partit kif ukoll membri tal-familja ta’ Peter Darmanin.

Lawrence Gonzi qal li meta fl-1996 hu serva bhala Segretarju generali tal-PN wara t-telfa elettorali tal-PN, hu hadem hafna qrib Peter Darmanin u qal li hemm gharaf aktar il-valuri ta’ Peter fl-aktar mumenti difficli meta l-PN kien fl-Oppozizzjoni. Il-Kap tal-PN fakkar fil-hegga ta’ Peter biex il-PN gabar il-flus biex ikollu l-istazzjoni tat-televizjoni tieghu Net TV, li ghen ukoll biex il-PN rebah l-elezzjoni sentejn wara meta kien sfaxxa l-Gvern Laburista.

Fi tmiem id-dikors tieghu, il-Prim Ministru f’isem il-PN ipprezenta lil Peter Darmanin pittura moderna li turi d-Dar Centrali l-gdida tal-PN, xoghol l-artist Noel Attard mis-Siggiewi. Dan bhala rikonoxximent ghall-hidma ta’ Peter Darmanin fuq dan il-progett kbir tal-PN.

Sadattant, f’diskors li ghamel, Peter Darmanin qal li din l-attività gabitlu memorji sbieh tas-snin li serva fil-PN li tant ghamel gid lil pajjizna. Hu rringrazzja lill-mexxejja kollha u lill-ufficjali tal-Partit tal-lum u ta’ qabel kif ukoll lill-haddiema u lil numru kbir ta’ voluntiera.
Peter Darmanin qal li minn meta habbar li kien se jtemm il-kariga ta’ Tezorier tal-Partit, id-donazzjonijiet baqghu jizdiedu u issa lahqu €20,000.

Hu awgura li l-PN jibqa’ jhaddan il-valuri li jixprunaw il-politika tieghu ghall-gid tal-pajjiz.

Posted in Politics | Leave a comment

Rikonoxximent għall-ħidma ta’ Peter Darmanin

2 ta’ Ġunju, 2010 09:19 CET

Peter Darmanin daħal fil-Partit Nazzjonalista biex iservi, għax il-politika hi strument li bih wieħed jista’ jagħmel il-ġid lill-pajjiż. Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal dan waqt riċeviment f’gieħ Peter Darmanin, li temm il-kariga tiegħu bħala Teżorier tal-Partit minħabba li rtira mill-ħajja attiva fil-politika wara karriera ta’ 32 sena ta’ servizz lill-Partit Nazzjonalista.

Ir-riċeviment sar fil-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq u għalih attendew ukoll l-eks kap tal-PN Eddie Fenech Adami, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier, l-eks Segretarju Ġenerali Joe Saliba, uffiċjali u attivisti tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll membri tal-familja ta’ Peter Darmanin.

Lawrence Gonzi qal hu jibqa’ jaf lil Peter Darmanin għall-valuri tiegħu li huma wkoll il-valuri tal-PN li ssarrfu f’suċċessi għal pajjiżna. Fi tmiem id-dikors tiegħu, il-Prim Ministru f’isem il-PN ippreżenta lil Peter Darmanin pittura moderna li turi d-Dar Ċentrali l-ġdida tal-PN, xogħol l-artist Noel Attard mis-Siġġiewi. Dan b’rikonoxximent għall-ħidma ta’ Peter Darmanin fuq dan il-proġett kbir tal-Partit Nazzjonalista.

Sadattant, f’diskors li għamel, Peter Darmanin qal li din l-attivita’ ġabitlu memorji sbieħ tas-snin li serva fil-PN li tant għamel ġid lill-pajjiż. Hu rringrazzja lill-mexxejja kollha u l-uffiċjali tal-Partit tal-lum u ta’ qabel, kif ukoll lill-ħaddiema u lil numru kbir ta’ voluntiera. Peter Darmanin qal li minn meta ħabbar li kien se jtemm il-kariga ta’ Teżorier tal-Partit id-donazzjonijiet baqgħu jiżdiedu u issa laħqu l-20,000 ewro. Hu awgura li l-PN jibqa’ jħaddan il-valuri li jixprunaw il-politika tiegħu għal ġid tal-pajjiż.

Is-Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier qal li Peter Darmanin dejjem wettaq il-ħidma tiegħu b’sens ta’ servizz u lealta’ sħiħa lejn il-Partit Nazzjonalista u lejn il-pajjiż.

http://www.maltarightnow.com/content/images/26201091926Peter%20Darmanin%2017.JPG

Posted in Politics | Leave a comment

Dr Samuel Azzopardi LL.D.

Ghaziz Peter,

Grazzi ta’ kull ma ghamilt ghal Partit Nazzjonalista, perswaz li s-servizz li tajt ser jibqa’ jwarrad fil-partit.

Jiddispjacini li illejla ma nistghux nattendu ghar-riceviment ad unur tieghek. Ghandi l-mara ma tiflahx u sejjer biha ghand it-tabib.

Skuzani mill-gdid

Narak u tislijiet,

Samuel

Mayor of Victoria Local Council, Gozo

Facebook, Tue, Jun 1, 2010 at 6:04 PM

Grazzi Samuel. Nittama li s-sinjura tieghek tghaddi ghall-ahjar.

Tislijiet,

peter

Posted in Compliments | Leave a comment

Tislima mill-qalb

INSELLMILKOM  MILL-QALB.”

In-Nazzjon, It-Tnejn, 31 ta’ Mejju, 2010

Tislima mill-qalb

minn Peter Darmanin

Illum se nirtira mill-hajja attiva fil-politika wara 32 SENA ta’ servizz fil-Partit Nazzjonalista, li minnhom 22 sena ghamilthom full-time mal-Partit.

Il-maghmudija tieghi bdejtha bhala r-Rapprezentant tal-Partit fl-Awstralja, fejn b’diffikultajiet kbar hloqt u waqqaft is-Segretarjat Emigranti tal-Partit. Wara twaqqaf fil-Kanada, l-Amerika u l-Ingilterra.

Wara r-rebha elettorali tal-1987, fuq talba tas-Segretarju Generali ta’ dak iz-zmien, Louis Galea accettajt li nhalli l-Awstralja u nirritorna Malta biex nahdem fil-Partit full-time. Wara ftit xhur gejt elett President ta’ Kumitat Sezzjonali tar-Rabat u fi ftit snin kont strumentali biex ingabru l-fondi kollha biex inxtara l-kazin prezenti.

Servejt bhala Assistent Tezorier tal-Partit mat-Tezorier Joe Stellini u wara fuq talba tas-Segretarju Generali Austin Gatt tfajt in-nomina ghall-Assistent Segretarju Generali u gejt elett f’dik il-kariga.

Servejt taht zewg Kapijiet tal-Partit, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi u taht hames Segretarji Generali, Louis Galea, Austin Gatt, Lawrence Gonzi, Joe Saliba u Paul Borg Olivier.
Ghal dawn l-ahhar 11-il sena tafuni bhala t-Tezorier tal-Partit. Din-sena, ghalaqt 20 sena bhala ufficjal tal-partit u membru tal-Kumitat Ezekuttiv u tal-Kumitat Amministrattiv.

Inhossni sodisfatt hafna ghall-fatt li ghal dawn l-ahhar sitt snin servejt ukoll fl-amministrazzjoni tal-Partit f’Ghawdex. Bdejt billi fuq decizjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit accettajt li niehu f’idejja l-amministrazzjoni tal-Kazin u tal-Kumitat Sezzjonali tar-Rabat ta’ Ghawdex. Wara gejt mitlub biex inkun ir-rapprezentant tal-Kumitat Amministrattiv fil-hidma politika f’Ghawdex. Hidma li gabitni qrib hafna hutna l-Ghawdxin li min-naha taghhom mhux biss accettawni u addottawni imma sahansitra tawni qalbhom ukoll.
Bl-umiltà kollha nistqarr li dejjem u kullimkien ippruvajt naghti l-ahjar servizz lill-Partit u dak li kelli naghmel, ghamiltu b’imhabba u entuzjazmu kbir. L-akbar sodisfazzjon tieghi hu li dejjem kont leali lejn shabi u lejn il-Mexxeja kollha tal-Partit u dejjem zammejt b’ghozza kbira mal-principji u t-twemmin tal-partit glorjuz taghna.

Huwa wkoll ta’ sodisfazzjon kbir ghalija, il-fatt li dejjem sibt il-kooperazzjoni tal-attivisti, il-partitarji u l-hbieb tal-partit f’kull attività li organizzajt u kull skema ta’ gbir li hloqt b’risq il-Partit taghna.

Meta nhares lura lejn dawn is-snin kollha, nistqarr sincerament li l-hajja tieghi fil-politika mhux dejjem kienet ward u zghar. Imma l-imhabba lejn il-Partit geghlitni neghleb kull ostaklu u diffikultà li sibt ruhi fiha. Kull stat ta’ hajja qatt ma mhu ward u zghar. Jien nemmen li l-bniedem juri l-kobor tieghu fil-mumenti difficli tal-hajja u mhux meta kollox jimxi harir.
Kemm meta kont Assistent Segretarju Generali u aktar u aktar matul iz-zmien li ili Tezorier tal-Partit, sirt naf hafna u hafna membri tal-Familja Kbira Nazzjonalista u missejt b’idejja u rajt b’ghajnejja fejn twassal il-generozità tal-hbieb u l-membri tal-Partit Nazzjonalista.

Generozità li gejja minn sens kbir ta’ apprezzament, ringrazzjament, fiducja, lealtà u mhabba lejn dan il-Partit bi storja kbira u glorjuza. B’mexxejja ta’ integrità kbira. Partit imsejjes fuq principji, valuri u twemmin demokristjan.

Illum imiss lili li fi tmiem il-karriera politika tieghi NIRRINGRAZZJA lill-Partit li permezz tieghu stajt inkun ta’ servizz lill-poplu Malti kollu kemm hu. Nirringrazzja wkoll lil numru kbir ta’ voluntiera, specjalment dawk li hadmu mieghi spalla ma’ spalla, li dejjem sibthom pronti u lesti biex jaghtu daqqa t’id fejn jidhol l-interess tal-Partit… hafna drabi b’sagrifficcji kbar personali.

Grazzi wkoll lil membri tal-familja tieghi ghax huma wkoll qassmu mieghi dak kollu li taf toffri l-hajja politika.

L-ikbar ringrazzjament tieghi jmur lil DAK li meta nhares lura sibtu dejjem mieghi jmexxini minn idejja anki meta ma hassejtx il-prezenza Tieghu hdejja.

Grazzi Mulej li tajtni c-cans li nahdem u nservi lil huti l-Maltin fil-Partit Nazzjonalista. Ta’ dan jien kburi hafna.

INSELLMILKOM  MILL-QALB.

Posted in Politics | Leave a comment

A comment from Canada

The Times online, Friday, 28th May 2010

By J Martinelli from Canada

I spent hours glued to my computer screen following the PN General Council. I did so because of my interest in what’s happening within the PN circles (and consequently the government ).

First of all I must comment on the smoothness of the three day event. An election took place as a matter of course and then the various speeches were delivered. I was impressed by the eloquence of the speeches very few of which even mentioned the Labour Party, let alone attack it. The openness – everybody was invited – and no smoke screens. There were no podium thumping, no anger, no negativity and surprisingly, those who the LP had labeled as ‘rebels’, ‘disgruntled backbenchers’, delivered many unifying and upbeat speeches which quite frankly, I never expected from them. Surely they were under no scrutiny and their speeches were not vetted, otherwise the PL would have at least hinted at the possibility.

I also have the habit of observing PL GMs and on the contrary, I am faced with red-faced barking and podium banging individuals, all telling us how they would operate if in government. How they will dismantle this and start all over again with that.

What they never say is how they would improve, build, plan, from where they will find the money, how better they will do, and how they would be doing all this while without increasing taxes and even lower energy costs! They talk of 15 year plans and when asked to produce it, they come up with absolutely nothing.

The Labour Party lacks credibility and their young leader demonstrates constantly his dilettante approach to serious politics and that his sole aim is personal grandeur rather than the good of his country. He’s just a carbon copy of his predecessor having fought just as ardently against Malta joining the EU and only in hindsight he (sort of) admits that the idea was not bad, after all. But, who knows? Maybe in six months time, he will change his mind again. Joseph is not free to make his own policies since his strings are pulled in any direction at any time depending on who is doing the pulling and how hard.

Back to the PN conference, speeches by the retiring Treasurer (PETER DARMANIN), the PM and PBO were highlights and emotionally charged exhortations. Well done!

Posted in Politics | Leave a comment

J Martinelli (Canada)

“Back to the PN conference, speeches by the retiring Treasurer (PETER DARMANIN), the PM and PBO were highlights and emotionally charged exhortations. Well done!”

The Times online, Friday, 28th May 2010

By J Martinelli from Canada

Posted in Compliments | Leave a comment

Peter Darmanin – Il-habib ta’ kull Nazzjonalist

In-Nazzjon, L-Erbgha, 26 ta’ Mejju, 2010

Il-habib ta’ kull Nazzjonalist
minn David Casa MEP

david.casa@europarl.europa.eu

L-ahhar Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista kien sinifikanti minhabba diversi ragunijiet, b’wahda minnhom tkun ghax inghata hajr lill-karriera politika ta’ Peter Darmanin fil-PN wara li temm il-hidma tieghu full-time bhala Tezorier tal-Partit. Mhix cajta li taghmel 32 sena tahdem direttament fi hdan partit politiku u bla dubju Peter ghandu hafna x’jirrakkonta ladarba ghex fl-aktar mumenti importanti u difficli tal-PN.

Nistqarr li kont kommoss hafna nisma’ d-diskors ta’ Peter fl-ahhar Kunsill Generali. Lil Peter dejjem tiehu gost tisimghu, mhux biss ghax bil-vuci u t-tonalità tieghu digà jkun qieghed jistiednek biex taghti widen ghal dak li jkollu xi jghid, izda ghax dejjem kellu l-abbiltà li jwassal messagg politiku b’sahhtu f’kull sitwazzjoni politika li kien jinsab fiha pajjizna. Konvint li dan ma kienx l-ahhar diskors ta’ Peter f’attività politika bhal din u ghalhekk ninsab perswaz li anki issa li rtira, Peter se jkompli jghin lill-PN biex jilhaq l-iskopijiet tieghu u jirbah aktar sfidi elettorali fil-futur.

Peter se jibqa’ mfakkar bhala t-Tezorier tal-PN li gabar hafna flus fi zminijiet u perjodi differenti. Fuq kollox, Peter kien il-bniedem li hajjar u kkovinca lil eluf ta’ Maltin u Ghawdxin biex jinvestu fil-PN waqt li dawn jaghtu donazzjoni finanzjarja halli l-PN ikun dejjem b’sahhtu u modern f’kull aspett. Insemmi biss zewg progetti ambizzjuzi li Peter kellu sehem dirett u indispensabbli fihom. L-ewwel biex waqqafna Net Television imbaghad biex bnejna mill-gdid id-Dar Centrali. Il-flus ghal dawn iz-zewg progetti ma waqghux mis-sema izda waslu wara xoghol iebes u kreattiv minn nies bhal Peter li gharfu l-importanza ta’ dawn il-progetti biex il-PN jibqa’ l-partit rebbieh kif dejjem kien.

Sa mill-ewwel snin tieghi fil-PN, lil Peter niftakru bhala persuna li dejjem gabet l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-Partit waqt li qatt ma fittex l-interessi personali. Hadem bl-akbar dedikazzjoni fil-politika u ghax ghamel hekk, haddan il-principji u l-valuri tal-PN li jiddistingwuh minn partiti ohra f’Malta. Kien persuna fdata minn kull membru tal-PN ghax dejjem mexa b’lealtà lejn il-mexxejja tal-Partit.

Peter kien u ghadu Nazzjonalist ta’ veru u l-Partit ghad ghandu bzonnu biex bl-esperjenza tieghu, flimkien inkomplu fit-triq it-tajba halli l-PN jibqa’ sostenibbli u relevanti ghaz-zminijiet tal-lum. Kull darba li tkellem, sahansitra anki fil-maghluq, wiehed malajr kien jinnota l-imhabba u l-lealtà li ghandu Peter lejn il-PN. Nghid ghalija, meta niftakar fil-kampanji tal-passat, partikularment fi zmien ir-referendum ghad-dhul ta’ Malta fl-UE, Peter kien wiehed mill-aktar persuni li holqu sens ta’ ispirazzjoni fija, bi kliem u diskorsi mill-aqwa li tawni l-kuragg inkompli nahdem u nwassal il-messagg lill-partitarji taghna u lil dawk li mhux necessarjament huma Nazzjonalisti.

Ghalhekk dan l-artiklu m’ghandux jitqies bhala tislima lil Peter izda ringrazzjament lejn persuna li temmet il-hidma full-time taghha fil-Partit wara snin twal ta’ sagrificcji u dedikazzjoni. Peter kien jivvinta l-attivitajiet u l-kampanji biex jigbor il-flus. Kien genju fuq dawn l-affarijiet u qatt hadd ma haseb hazin fih, ghax dejjem kien onest u leali lejn l-istrutturi tal-Partit.

Konvint li min gej minfloku fil-Partit se jkun qed jahdem ukoll biex dak li ghamel Peter jirrepetih hu wkoll izda zgur mhux se tkun facli biex xi hadd jimla l-post ta’ Peter wara dawk is-snin twal ta’ hidma b’esperjenza. Bhala Deputat tal-Partit, ghandi x-xorti nghid li f’Peter sibt habib li dejjem tani l-ahjar pariri biex avvanzajt fil-karriera politika tieghi. Issa jmiss lil Peter jiehu s-serhan tieghu waqt li jsegwi l-kamp politiku minn certa distanza izda xorta jibqa’ jaghti l-kontribut tieghu fil-partit li tant ihobb.

Grazzi Peter! Habib ghal dejjem.

www.davidcasa.eu

Posted in Politics | Leave a comment

Carmelo Galea

“Peter, b’sincerita’ nghidlek, li min se jigi warajk se jkollu benchmark li impossibbli li jilhaqha. Min qatt jista jiehu postok (replace you)?

Grazzi Peter.”

Facebook, Mon, May 17, 2010 at 7:34 PM

Peter Darmanin

Peter Darmanin

Ghaziz Carmelo, filwaqt li nifhem u napprezza l-hsieb tieghek naccertak li Alla jaghlaq bieb u jiftah mija. Jiena dejjem emmint li Alla, skond il-muntanja jaghti s-silg. Hekk se jaghmel mal-Partit Nazzjonalista.
Posted in Compliments | Leave a comment

Sylvana DeBono

“Hi Peter, You are a great role model for many: commitment, integrity and loyalty do not grow on trees. Especially at a time when the attack on values is greater than ever and expediency is quickly becoming the by-word. Please do not disappear from public life as you still have so much to give. ”

Sylvana DeBono

Facebook, Mon, May 17, 2010 at 12:47 PM

Peter Darmanin

Thank you Sylvana for your encouraging words. I really appreciate them coming from a genuine person like you. With God’s help we can become “the salt and the light” of the world. Let’s do our part… the rest leave it in His Hands.

17 May at 13:24

Posted in Compliments | Leave a comment

Dr Paula Mifsud Bonnici LL.D.

“Ghaziz Peter…..great photos.  Dawn ir-ritratti, l-feature li kellna waqt l-kunsll generali, id-diskors tieghek, tal-Prim u d-diskors sbieh fuqek jixhdu x-xoghol kbir u bla waqfien illi inti wettaqt ghall-Partit u ghall-pajjiz kollu tul dawn it-32 sena li inti ilek tahdem fi hdan il-Partit.  Inti ser tibqa’ tissemma zgur ghal dan kollu u ghal hafna virtujiet sbieh illi inti ghandek.  Taf u ma ghandix ghalfejn nghidlek illi meta nara lilek niftakar bla ma rrid f’missieri ghaliex naf li inti u  hu dejjem hdimtu tajjeb flimkien u ghandkom rispett kbir lejn xulxin……GRAZZI”

Facebook, Mon, May 17, 2010 at 11:03 PM

Peter Darmanin

Ghaziza Paula… napprezza hafna l-kummenti sincieri tieghek.Sellili ghall-papa` tieghek. Ghalija dejjem kien mudell haj ta’ politiku sincier, integru, habrieki, kattolku ferventi, bniedem ta’ principju, konvint minn ghemilu… politiku li habb lin-nies, specjalment lil fqir, lil batut u lill-anzjani. Prodott genwin tal-Partit Nazzjonalista. X’ma nhobbux lil dan il-Partit!

Peter
Posted in Compliments | Leave a comment